X’kuraġġ għandhom dawn il-Mostin. Is-Sindku tal-Mosta Romilda ferħet ma’ ħamest iħbieb tagħha li wettqu maratona, li anke waqt li qed niktibha qatgħetli nifsi. Dalgħodu dawn il-Mostin għamu minn Ħondoq ir-Rummien sa Kemmuna, ġrew fuq Kemmuna stess u għamuha saċ-Ċirkewwa.
Minn hemm imbagħad, erħewlha lejn il-Mosta bil-ġiri. Xi sports dak! X’enerġija!
Kemm hu sabiħ li mbagħad tara Sindku bħal Romilda li tifraħ ukoll ma’ persuni li l-isports u l-eżerċizzju fiżiku jtuh importanza!
Kultant ma nagħtux kas biżżejjed u meta nibdew nikbru, nibdew ‘ajma l’hawn’ u ‘ajma l’hinn’! Prosit Romilda u lil sħabek il-Mostin ukoll!
Ritratt: Facebook/ Romilda B. Zarb