Minn Issa ’L Quddiem, Il-Familjari Ta’ Persuni Li Jkunu Mietu Bil-Covid-19…

Fi stqarrija li ġiet maħruġa mid-deputat Prim Ministru u Ministeru għas-saħħa ġie kkonfermat li ser issir reviżjoni fil-prassi ta-dfin għall-persuni li mietu bil-Covid-19. Wara proċess t’evalwazzjoni mill-Għaqda Dinjija tas-Saħħa dwar il-linji gwida fejn jidħol dfin ta’ persuni bil-COVID f’Malta wkoll, ser jinbidel il-proċess ta’ difna.

Minn issa ’l quddiem, il-familjari ta’ persuni li jkunu mietu bil-Covid-19 se jkollhom ċans sa 24 siegħa biex jidfnu lill-qraba tagħhom. Se jkun possibbli wkoll li jsir funeral, fi knejjes u postijiet ta’ qima, bl-istess regoli li hemm fis-seħħ fil-knejjes bħalissa.  

Mill-bidu tal-pandemija tal-Covid-19, pajjiżna dejjem mexa fuq il-linji gwida tal-Għaqda Dinjija tas-Saħħa u l-ECDC fuq kull aspett. Dan inkluż għad-dfin ta’ persuni li jkunu mietu waqt li jkunu pożittivi bil-Covid-19.







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI