L-Assoċjazzjoni għall-Annimali Abbandunati (AAA) għadha kemm qasmet storja pożittiva, fejn Lino, kelb li għall-ewwel instab f’kundizzjoni mhux daqstant tajba, illum adottat u qed jitrabba b’għożża.
“Minn kelb irqiq jiġri fit-toroq (l-ewwel ritratt), għal sigur fl-assoċjazzjoni AAA (it-tieni ritratt) għal ġo dar kuntent (it-tielet ritratt)! Gawdi d-dar il-ġdida tiegħek għażiż Lino, m’għadx hemm ġuħ, insigurtajiet u toroq għalik.”
Qasmu tliet ritratti li juru l-progress li sar ma’ Lino minn meta ġabruh u rabbewh b’għożża. Prosit lill-assoċjazzjoni u lil dawk kollha li jiftħu qalbhom għal dawn l-innoċenti!