Minn Meta Ħa Tibda Tingħata T-Tilqima Kontra L-Influwenza?

Jidher li t-tilqima ħa tibda tingħata mill-aħħar ta’ dan ix-xahar. It-tilqima kontra l-influwenza ta’ kull sena tkun importanti li wieħed joħodha iżda minħabba l-fatt li għaddejjin bil-pandemija, l-importanza tagħha żdied daqsxejn.

Il-Professur Charmaine Gauci qalet li l-poplu ħa jkollu aċċess għal din it-tilqima mill-25 t’Ottubru u hi tħeġġeġ lill-poplu sabiex jersaq ‘il quddiem biex jieħu din it-tilqima. Kien hemm żmien qabel il-Covid-19, li l-isptar lokali Mater Dei, kien mimli b’nies li qabdithom l-influwenza b’mod gravi.

Jekk wieħed jieħu t-tilqima, ikun qed inaqqas ir-riskju li jkollu kumplikazzjonijiet jekk jiltaqa’ mal-influwenza.







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI