Illum huwa jum għeluq snin Kyle Mifsud, kunsillier miż-Żurrieq, li huwa wieħed minn dawk li dejjem wera kemm hawn żgħażagħ madwarna lesti biex ixammru l-kmiem u jaħdmu għall-komunità.
F’din l-okkażjoni l-viċi sindku taż-Żurrieq, Natius Farrugia, kiteb messaġġ li juri l-għaqda bejniethom, anke jekk ta’ fehma differenti. “Minn naqra ta’ tifel rajt potenzjal fik. Nistqarr pubblikament li nammirak u nieħu gost għalik narak tirnexxi.”
Bosta awguraw lil Kyle f’din il-ġurnata speċjali. It-tim ta’ Gwida.mt jingħaqad biex jibgħat xewqat sbieħ lil Kyle f’għeluq sninu!
Facebook/ Natius Farrugia