“Minn Qiegħ Qalbna Nirringrazzjawkom Talli Tgħinu Lil Jasmine” – Avveniment Tal-Futbol B’Risq Jasmine’s Journey

Fuq il-paġna Jasmine’s Journey, il-ġenituri ta’ Jasmine irringrazzjaw lil kull min ħa sehem f’logħba futbol li kienet b’risq dan il-vjaġġ ta’ Jasmine.

Huma qalu, “Nixtiequ nestendu l-gratutudni tagħna lil kull min ħa sehem fil-Greens Football Tournament annwali 2026, b’risq Jasmine’s Journey. Grazzi għall-ġenerożita` tagħkom, somma inkredibbli ta’ €1,011 inġabret – kontribuzzjoni li tagħmel differenza kbira fil-vjaġġ ta’ Jasmine’. Dan l-avveniment kien iżjed minn sempliċient futbol. Huwa tfakkira ta’ x’jista’ jiġri meta n-nies jingħaqdu flimkien.”



Żiedu jgħidu, “Minn qiegħ qalbna nirringrazzjawkom talli tgħinu lil Jasmine billi tkunu parti minn dan il-vjaġġ magħna.”



Mument speċjali li jurina l-veru tifsira ta’ komunita`u kemm nistgħu nagħmlu ġid jekk naħdmu flimkien.



Ritratti:

Facebook / Jasmine’s Journey

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI