Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħhom, Beland qasmu mas-segwaċi tagħhom filmat interessanti immens. Huma qalu, “Mir-rakkonti tax-xita li gerfxet purċissjoni, tal-Banda Beland l-unika li baqgħet iddoqq fid-dlam, għas-sett magħluq ta’ kważi 150 marċ funebru. Iva; dil-banda hi l-leħen tal-purċissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira fiż-Żejtun!”
Fost l-oħrajn tkellem Mro Gordon Baldacchino, s-Surmast direttur tal-banda fejn qal li kull sena jkunu qed jistennew il-Ġimgħa l-Kbira fejn qal li jiftakar meta sfrattat purċissjoni minħabba x-xita. Qal li din is-sena tibqa’ f’moħħu hekk kif minn kull triq li tinfed għall-Knisja bdew jgħaddu minnha bil-vari biex kemm jista’ jkun jidħlu lura l-knisja malajr.
Komplu segwu hawn: