Illum 2 t’Ottubru 2020 jimmarka seba’ xhur mit-telfa traġika ta’ Miriam Pace, li ġġarfet id-dar tagħha biha b’kollox waqt li kienet għaddejja l-kostruzzjoni bieb ma’ bieb. Żewġha Carmel Pace żvela kemm hu u familtu għadhom qed ibgħatu fuq kull livell possibbli.
“Sa seba’ xhur ilu ma kien jonqosni assolutament xejn. Iżda f’tebqgħa t’għajn sfaxxa kollox,” beda hu. “Qatlu lil marti li kienet id-dar għall-affarijiet tagħha. Litteralment qerdu id-dar tagħna li kienet tant għall- qalbna u kburin li mix xejn kellna dar li ma kien jonqosha xejn.”
Lejn l-aħħar, Carmel indirizza direttament lil martu Miriam u qalilha: “Mir, seba xhur… il-vojt tiegħek bħalissa aktar qed jinħass… illum naf li qiegħda tgawdi l-ħajja ta’ dejjem flimkien mal-anġli.” Jgħidilha li uliedhom “baghtew biżżejjed u għandhom bżonn daqsxejn serħan. Inħobbok qalbi… God bless you ħanini tiegħi.”
Ħallejtna bla kliem. Kuraġġ Carmel… Miriam miegħek dejjem.
Facebook/Carmel Pace