"Miraklu Ieħor Seħħ Dalogħdu… Grazzi Mulej" – Eleanor Cassar

Kif ħabbarna dalgħodu, Eleanor u Carl saru ġenituri mill-ġdid din id-darba taċ-ċkejken Andreas. L-aħbar ħariġha r-raġel ta’ Eleanor fuq il-mezzi soċjali, ftit tal-ħin wara l-kantanta lokali ukoll kitbet il-messaġġ tagħha fuq il-profil ta’ Facebook.

Eleanor kitbet, “U żgħir tagħna Andreas wasal ukoll… Miraklu ieħor seħħ dalogħdu… Grazzi Mulej talli kont miegħi kull mument u mat-tarbija li għoġbok tatina. Minn qalbi nixtieq nirringrazzja lil żewġi Carl Matthew Camilleri tal-għajnuna kbira tiegħu bħal dejjem. Grazzi u nħobbok!”





Kompliet tgħid, “Lil I-staff ta-OBS 1 (Green Ward) u l-midwife ħelwa li ħadet ħsiebi… kienet taz- zokkor! Grazzi immens. Lill-familjari tagħna tas-sapport u l-għajnuna li tawni bħal dejjem. Inħobbuk ħafna żgħiru tagħna. Andreas Carlo, mummy u daddy u ħutek Krista Maraya u Benjamin Rocco.”

Hi tispiċċa b’ringrazzjament lil dak t’hemm fuq, “Grazzi Mulej ta’ dan ir-rigal u żomm dejjem idejk fuq il-familja tagħna.” Mill-ġdid f’isem Gwida.mt nifirħu lil Eleanor, lir-raġel tagħha Carl u lill-familja kollha tagħhom. Ċerti li Krista u Benjamin ħerqanin sabiex jiltaqgħu ma’ ħuhom il-ġdid!

Facebook / Eleanor Cassar



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI