Miriana Conte Tiżvela L-Filmat Mużikali Ta’ ‘Serving’! Kif Inbidlet Il-Lirika Biex Ma Tintużax ‘Kant’?

Ftit tal-minuti ilu għadu kemm ħareġ il-filmat mużikali tal-kanzunetta ‘Serving’ li biha Miriana Conte se tkun qed tieħu sehem fil-Eurovision Song Contest 2025. Minħabba li l-kelma ‘kant’ tinstema qisha kelma oħra bl-Ingliż, l-EBU iddeċidew li ma jaċċettawx li tintuża l-kelma Maltija ‘kant’ fid-diska u għalhekk il-lirika kellha tinbidel.

Kien hemm ħafna ideat differenti ta’ kif jaf tinbidel il-lirika, u issa fl-aħħar nafu. Flok il-kelma ‘kant’ Miriana qed tħalli l-lirika vojta u minflok kemm tieħu nifs qawwi. Dan jista’ jagħti spazju lill-udjenza biex tkanta l-kelma ‘kant’ xorta waħda fil-ġurnata tal-kompetizzjoni. Din il-verżjoni ġiet aċċettata mill-EBU u b’hekk se nkunu qed nikkompetu b’din il-kanzunetta.

 Il-filmat kien tassew kreattiv. Kellha tbiddel f’diversi kostumi kkuluriti differenti u anke żifnet f’diversi xeni differenti ma’ żeffiena ta’ talent kbir.

Għoġbukom il-filmat mużikali u l-lirika l-ġdida?





Youtube / Eurovision Song Contest



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI