“Missjoni Kompluta!” – Gwen Jirnexxielha Taħmi 1,200 Figolla B’Risq Puttinu Cares

Gwen hi żagħżugħa ta’ 13-il sena li saret magħrufa fuq il-midja soċjali permezz ta’ filmati li ttella’ fejn fihom tesebixxi l-ħiliet tat-tisjir tagħha. Ta’ kull sena, Gwen tuża dawn il-ħiliet sabiex tiġbor il-fondi b’risq il-Fondazzjoni Puttinu Cares u b’hekk tgħin diversi persuni fil-ġlieda tagħhom kontra mard serju. Din is-sena ma kienx b’inqas!

Ftit ġimgħat ilu Gwen ħabbret li se tkun qed tidħol għall-isfida li taħmi 1,200 figolla sabiex il-flus li tiġbor bil-bejgħ tagħhom tagħtihom lil Puttinu Cares. Ftit minuti ilu Gwen żvelat li proprju llum irnexxielha tilħaq it-total ta’ 1,200 figolla.

Gwen irriflettiet dwar din l-isfida li fi kliemha tistqarr “ma kinitx faċli”. Iż-żagħżugħa ta’ 13-il sena tirrikonoxxi li żgur ma kienx jirnexxielha ttemm l-isfida b’suċċess kienu ma kinitx għall-għajnuna li ngħatat mingħand ommha li dejjem kienet maġenbha u għenitha fil-proċess. Fl-aħħar mill-aħħar hi tirringrazzja wkoll lil dawk kollha li żguraw li dan il-ġest ikun suċċess u xtraw il-figolli tagħha.



Prosit, Gwen!





Ritratti:

Facebook / Gwen’s Cooking Club

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI