Il-Ministru Byron Camilleri tkellem dwar is-sitwazzjoni aġġornata fil-gżejjer Maltin rigward it-temp, waqt diskors fil-Parlament.
Il-Ministru jirringrazzja lill-forzi kollha, lill-ħaddiema kollha li llum xorta ħarġu fuq dmirijiethom, u lill-pubbliku li kif osservaw, ikkoopera f’dawn il-mumenti.
Huwa ta aġġornament dettaljat dwar is-sigħat li ġejjin.
“Il-maltempata mistennija tibqa’ għaddejja sas-sitta tal-lejla… tonqos għal forza 4, u tibqa’ f’dawn il-livelli fil-jiem li ġejjin… għad hemm perikli fit-toroq fil-kundizzjonijiet ta’ bħalissa – wieħed irid joqgħod attent u viġilanti… Qabel isir ċertu xogħol, speċjalment fil-għoli, xogħol li jista’ jkun perikoluż, tajjeb li wieħed jassigura li l-maltemp ikun għadda.”
Il-Ministru jappella wkoll għall-għaqal fl-użu tas-servizzi tal-emerġenza u tan-numru 112.