Mitlufa Kelba Fil-Qrendi – Tintalab L-Għajnuna Tal-Pubbliku

Qed tintalab l-għajnuna tal-pubbliku biex tinstab Sophie, kelba li ntilfet fiż-żona tal-Maqluba ġewwa l-Qrendi

Sophie hija kelba ġentili ħafna, faċli biex tersaq lejha u ‘super friendly’. Hija wkoll mikroċippjata, fatt li jista’ jgħin biex terġa’ tingħaqad mas-sidien tagħha kemm jista’ jkun malajr.



Għalkemm intilfet fiż-żona tal-Maqluba, hemm il-possibbiltà li tkun qed iddur f’inħawi oħra fil-madwar.



Il-paġna Innocent Paws talbet sabiex kull min jaraha jew ikollu xi informazzjoni dwar fejn tista’ tkun, huwa mitlub li jikkuntattjahom minnufih.

Jekk jogħġobkom, xerrdu dan il-messaġġ biex tgħinu lil Sophie terġa’ ssib triqitha lura d-dar. 🙏



Ritratti:

Facebook/ Innocent Paws

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI