Jeanesse Abela, attivista għal persuni b’diżabilita`kitbet dwar xi ħsibijiet li kellha billejl.
Hi spjegat, “Il-lejl li għadda malli dħalt fis-sodda qgħadt naħseb… jien għandi 49 sena? Għax moħħi għadu jaħseb qisu ta’ tfajla ta’ għoxrin sena u hekk inħossni, imma ġismi beda juri xi tikmix ‘l hemm u ‘l hawn. Jien ma jiddispjaċinix li nħossni u naħseb hekk għax iżżommni żgħira f’qalbi, imma ninkwieta minħabba l-kundizzjonijiet mediċi tiegħi. Allura għedt lili nnifsi li nixtieq ngħix kull ġurnata qisha se tkun l-aħħar ġurnata tiegħi, u dejjem naħseb b’mod pożittiv.”
Kważi kulħadd huwa familjari ma’ din l-emozzjoni, f’qalbna nħossuna żgħażagħ, iżda fiżikament inkunu qed nikbru għaliex il-ħin ma jistenna lil ħadd. Għalhekk, il-perspettiva tagħha nistgħu napplikawha għal ħajjitna billi dejjem nippruvaw inkunu pożittivi u ngħixu kull ġurnata bl-aqwa mod li nistgħu.
Facebook / Jeanesse Abela