Moira Stafrace illum qed tiċċelebra għeluq sninha u għalhekk kitbet messaġġ sabiħ fuq il-paġna tagħha biex tirringrazzja lil kulħadd li kien hemm għaliha matul din is-sena.
Hi kitbet, “Nibgħat l-imħabba mill-Maldives fejn qattajt għeluq snini ma’ ħafna nies b’ruħ sabiħa li għamlu l-ġurnata tiegħi iżjed speċjali. Nirringrazzja lil Alla għall-55 sena ta’ ħajja, talli tani ġenituri li jieħdu ħsiebi u tawni ħafna mħabba. Lis-sbieħ Michela, Chris, ħuti, u ħafna nies oħra li nsejjaħ il-ħbieb tiegħi.”
Hi temmet kliemha billi kitbet, “Qed ngħix u ngawdi din il-ħajja prezzjuża li għandna, nagħmel il-mużika, il-memorji, nieħu pjaċir, daħk li ma jispiċċax, u mħabba. Grazzi lil kulħadd. Inħossni vera mbierka.”
Nawgurawlha ġurnata speċjali f’għeluq sninha!
Facebook / Moira Stafrace