Monsinjur Carmelo Refalo Jtemm Il-Missjoni Tiegħu Bħala Arċipriet Fix-Xagħra, Għawdex Wara 18-Il Sena

Il-parroċċa tax-Xagħra ħabbret illi se tiġi fi tmiemha l-missjoni ta’ Monsinjur Carmelo Refalo bħala l-arċipriet tal-parroċċa.  Dan wara li serva għal 18-il sena, mill-2005 sal-2023.

Huma kitbu “Ix-Xagħra tifraħ bil-ħatra tal-Arċipriet il-ġdid il-Kan.Richard Farrugia, iben ix-Xagħra, li gie maħtur mill-E T. Mons Isqof Anton Teuma bhala l-14-il Ragħaj Spiritwali tal-Parroċċa tagħna.”  Barra minn hekk, irringrazzjaw lil Mons Refalo “għall-ħidma fejjieda tiegħu.”

Awguri lill-Kan. Richard Farrugia għal ħidma tajba u esperjenza sabħa bħala l-arċipriet il-ġdid tal-parroċċa tax-Xagħra. 







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI