"Morna Nitranġaw Ftit Dalgħodu Qabel Il-Filming Tal-Lejla… Progett Ġdid" – X'Qed Iħejji Clayton Pace?

Ftit tal-ħin ilu, l-attur Clayton Pace tella’ post fuq il-paġna ta’ Facebook tiegħu fejn stqarr li qed jaħdem fuq proġett ġdid. Ħafna jafu lil Clayton fil-qasam tad-drama u l-palk iżda donnu dan il-proġett ħa jmur lil hinn minn dan. Ma tantx żvela wisq dwaru però, donnu jrid iħalli lil kulħadd bil-kurżità.





Hu kiteb, “mhux bħala serje” li juri ċertament hemm xi ħaġa qed tinħema. Nistennew u naraw, Clayton jgħid li dan ħa jseħħ minn Ottubru li gej! Skont informazzjoni li għandna, jidher li Clayton taf ħa jkun qed jingħaqad mat-tim ta’ Fattigi wkoll. Jekk dan ħa jseħħ, il-familja kollha ħa tkun parti minn din is-sensiela.

Dan għaliex hemm it-tfajla tiegħu Lenies f’waħda mill-partijiet prinċipali u riċenti rajna wkoll liċ-ċkejken Noah jieħu sehem. Min jaf? Jidher li minn Ottubru lil Clayton ħa nibdew naraw aktar spiss fuq it-televiżjoni.

Facebook / Clayton Pace



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI