Fuq il-midja soċjali bosta awguraw lil Emeriziana f’għeluq il-100 sena tagħha. Okkażjoni speċjali immens u prezzjuża, hekk kif tilħaq età hekk sabiħa.
“Mela llum mort ħdejn Emeriziana biex nifraħilha f’għeluq il-100 sena tagħha! Fuq il-kejk tal-okkażjoni, għamlulha ritratt u kif ratu kienet pronta qaltli, ‘Ara kemm kont għadni żgħira!’.”
Bosta kkummentaw biex jawguraw lil Emeriziana, kif ukoll semmew mumenti sbieħ li jiftakru fosthom meta kienet tiġborhom ġewwa r-Rabat u flimkien jgħidu r-rużarju.
Awguri minn qalbna Emeriziana! Żgur li ħafna grati tal-kontribut li tajt fil-komunità.