MP Skoċċiża Tuża T-Trasport Pubbliku Wara Li Nstabet Pożittiva Għall-Covid-19

L-MP Skoċċiża Margaret Ferrier skużat ruħha talli użat it-trasport pubbliku wara li ġiet pożittiva għall-Covid-19. Hi vjaġġat lejn Londra sabiex tattendi l-parlament sakemm kienet qed tistenna r-riżultat li eventwalment kien wieħed li indika pożittiv għall-Coronavirus. Ferrier qalet li ddeċidiet li toħroġ u tuża t-trasport pubbliku wara li kienet qed tħossha aħjar u għallura assumiet li ma kienitx pożittiva għall-virus. Minkejja dan hija qalet li m’hemmx skuża għall-fatt li kisret ir-restrizzjonijiet tal-Covid-19 u talbet apoloġija għall-aġir tagħha.

Sky News







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI