Ir-rebbieħa tal-konkors Mrs. Malta 2021 li sar illbieraħ kienet Nadine Cuschieri li rrappreżentat lir-Rabat bħala Mrs. Rabat!
Din kienet it-tmien edizzjoni tal-konkors tas-sbuħija Mrs. Malta. Fit-tieni post ikklassifikat Diana Cassar Bonniċi bħala Mrs. Tarxien u fit-tielet post Rodianne Spiteri bħala Mrs. Ħaż-Żebbuġ.
Ir-rebbieħa Nadine taħdem bħala Art Psychotherapist u hi wkoll omm ta’ tifel ta’ ħames snin. Fost it-18-il finalista, Mrs. Rabat intgħażlet għall-finali li sar ġewwa Castello Zammitello. Is-serata bi spettaklu mix-xena tal-moda Mrs. Malta, ġiet organizzata mis-Sur Ivan Gaffiero.
Proset u awguri lil kull min ħa sehem b’mod speċjali lir-rebbieħa Nadine Cuschieri!