Howard Keith Debono ddedika kelmtejn ta’ mħabba lill-għażiża bintu f’jum għeluq sninha.
Hu kitbilha, “Mument kburi għalija bħala missier, nawgura lil binti Emily Yasmine Debono, jew Ems kien kont ngħajtilha, f’għeluq sninha. F’dan iż-żmien it-tnejn ikollna ħafna x’nagħmlu, għax hi qed taħdem fl-istess industrija li naħdem jien. Nafda ftit nies fejn nista’ ngħid li x-xogħol se jsir mingħajr ma jien għandi bżonn noqgħod niċċekkja. Inti waħda minn dawk il-ftit Em. Imma fuq kollox, inħossni kburi bil-bniedem li int. Il-kwalitajiet tiegħek huma ta’ ispirazzjoni. Inħobbok.”
Messaġġ li jmisslek qalbek u juri biċ-ċar kemm tfisser għalih bintu Emily.
Aħna mit-tim ta’ Gwida.mt nawgurawlha l-isbaħ xewqat!
Facebook / Howard Keith Debono