Illum hi ġurnata verament speċjali għad-direttriċi ta’ ROCS Group Rachel Vella, propju propju għax binha Niki għalaq 12! Rachel tgħid li l-jum li twieled Niki, fit-2 t’Awissu 2008 fis-6:45am, kien “mument li bidilni għal dejjem”.
Fuq il-midja soċjali, Rachel kitbet: “Ibni, li narak tikber hu l-pjaċir ta’ ħajti. Inħares lejk u nistaqsi liema ħolm se toħlom, liem muntanji int se titla’, liema mumenti ta’ ferħ se jkollok. M’għandix dubju li se jkun hemm ukoll bikjiet u ostkali, iżda nittamaw li ma jkunux ħafna wkoll, imma t-talba tiegħi lil Alla hi li inti tikber f’dak ir-raġel li għandek tkun.”

“Aħna nawguralek l-aqwa fil-ħajja u qatt tinsa li jiġri x’jiġri aħna dejjem se nkunu hemm għalik. Inħobbuk bla tarf.”
Aħna minn Gwida.mt nixtiequ nawguraw ġurnata mill-isbaħ lil Niki f’għeluq sninu!
Facebook/Rachel Vella