Id-DPM u Ministru tas-Saħħa Chris Fearne qasam fuq il-profil tiegħu ritratt li ttieħed waqt mument importanti immens għall-ġenituri tiegħu.
Fil-fatt kif tista’ tara fir-ritratt waqt li bħalissa għaddej it-tilqim tal-vaċċin kontra l-Covid-19 tal-anzjani minn 80 sena ‘il fuq, illum kien imiss lil omm u missier Chris Fearne. “Mument sabiħ mal-ġenituri tiegħi waqt li ħadu l-vaċċin bħala parti mill-grupp ta’ ‘l fuq minn 80 sena”
Ħafna nies ikkumentaw għal dan il-mument sabiħ għall-ġenituri ta’ Fearne kif ukoll kien hemm min anke ħa gost li reġa’ rahom fosthom dawk li jiftakru lil Mrs Carmen Fearne fuq Radju Malta 1 waqt il-programm Radju Gazzetta.
Nieħdu l-okkażjoni nagħmlu kuraġġ lill-anzjani kollha.