Chris mill-paġna ta’ Facebook Life of Papa Chris iċċelebra għeluq l-40 sena tiegħu. Fuq il-paġna qasam xi ritratti miċ-ċelebrazzjoni u kitba ta’ apprezzament lejn dawk ta’ madwaru.
“Kif jgħidu, mumenti sbieħ jiġu wkoll. Kemm jien kuntent li għandi ħbieb veri madwari li dejjem jaħsbu fija u jappoġġjawni. Grazzi lil sħabi kollha u anke lill-oħrajn li ma setgħux jiġu għall-kejk.”
Nawguraw lil Chris f’għeluq sninu. Nittamaw li kellu ġurnata mill-isbaħ. Ċerti li wliedu, qrabatu, u sħabu lkoll kburin bih għal kulma jagħmel.