It-tabib Joseph Ferriggi, tabib maħbub ferm speċjalment fir-Rabat sellem il-memorja ta’ ħabib għażiż tiegħu li mexa għal ħajja ta’ dejjem.
Hu kiteb, “Insellimlek, Martin, ħabib ta’ veru! Ragel b’qalb tad-deheb! Dejjem rispett rajt mingħandek! Nirringrazzjak ta’ kollox! Mur strieħ fis-sliem, Martin! Il-Mulej jilqgħek f’idejh! Dejjem fit-talb tiegħi!”
Aħna f’isem Gwida.mt, insellmu l-memorja tiegħu u ngħaddu l-kondoljanzi tagħna lit-tabib Ferriggi u lill-familjar u ħbieb ta’ Martin.
Facebook / Joseph Ferriggi