Nhar il-Ħadd li ġej jeħtieġ li nuru s-sapport tagħna liċ-ċkejkna Chanel! Chanel Monseigneur ser tirrapreżenta lil Malta fil-Junior Eurovision Song Contest bil-kanzunetta ‘Chasing Sunsets’. Ser inkunu nistgħu narawha f’xandira diretta fuq TVM fil-17:00.
Illum ġie mħabbar li Chanel ser tkanta fit-tmien post minn 12-il pajjiż.

F’intervista li għamilnielha, Chanel qaltilna li bħalissa qed taħdem bla waqfien mal-għalliema tal-kant tagħha. “Qiegħda naħdem ħafna mat-tim tiegħi u vokalment mal-vocal coach tiegħi Claire McCartin. Kuljum ikolli lesson, rehearsals, recording jew xi intervista. Ħafna xogħol imma nieħu pjaċir!”.
Tlabnieha tgħidilna ftit fuq il-prestazzjoni u Chanel qaltilna, “Naħseb li t-tfal se jieħdu pjaċir jarawha”. Int tista’ tivvota għal Chanel minn nhar il-Ġimgħa 27 ta’ Novembru fit-20:00 fuq junioreurovision.tv.
Awguri Chanel! Persważi li ser tagħmilna kburin!