Christina Karei Magrin, titkellem fuq suġġett daqsxejn iebes minn fuq il-pjattaforma soċjali tagħha. Hija titkellem dwar id-dipressjoni u s-saħħa mentali. Hi titkellem fuq esperjenza personali fejn tistqarr li sabet lill-għażiża ommha meta l-aktar li kellha bżonn.
Hi tikteb, “Naf li dan li ser nikteb huwa ftit iktar tqil mill-kontenut li nitfa’ s-soltu. Iżda dan hemm bżonn li jingħad. Ommi kienet l-unika persuna li ssieltet għalija meta jien ma stajtx niġġieled għalija innifsi – meta ma ridtx niġġieled għalija innifsi.”
Hija kompliet, “Hija kienet l-unika waħda li żammitli idi fid-dlam, u qatt ma tfixklet lanqas darba, għax rat futur għalija, li jien stess qatt ma stajt nimmaġina. Hija mxiet miegħi san-naħa l-oħra, u għenitni ngħix. Li jkolli ċans li nitgħallem kif ngħix. Hija mhijiex biss mara. U mhijiex biss ommi. Din il-mara hija d-dar tar-ruħ tiegħi.”
Agħfas HAWN biex taraw il-filmat li tellgħat Karei fuq il-mezzi soċjali tagħha!