"Naf Li Mhux Se Tieħu Pjaċir Li…" – Neville Refalo Lil Persuna Speċjali F'Għeluq Sninha

Illum jaħbat jum speċjali għal waħda mill-aqwa kantanti Maltin hekk kif tagħlaq sninha! Neville Refalo xtaq iħalli messaġġ sabiħ għall-okkażjoni!

Naf li mhux se tieħu pjaċir li tellajt dan ir-ritratt għax ma jgħoġbokx, imma lili jogħġobni ħafna għax juri kif verament int.” Jidher li dan t’hawn taħt mhux l-iktar ritratt għal qalb il-kantanta li hemm fih… iżda Neville xorta xtaq jitfgħu biex jawguralha!





U hekk hu… il-messaġġ mhu għal ħadd ħlief Corazon! Neville jistqarr mill-ġdid l-imħabba kbira li għandu għaliha kif ukoll jiddiskriviha bħala “tfajla solari, li tarmi pożittivita kull fejn tkun”. Jgħidilha wkoll li ħajtu hi sabiħa kif inhi għax hemm l-preżenza tagħha fiha.

“Kompli dawwal kull fejn tkun bħal ma dejjem għamilt. Awguri” – Aħna f’isem it-tim ta’ Gwida.mt ninagħqdu ma’ Neville u nawguraw lil din il-mara sabiħa minn barra u minn ġewwa l-isbaħ xewqat! 



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI