Il-kantanta lokali Nicole Hammett, li rajnieha tirċievi l-famuż Golden Buzzer fuq Malta’s Got Talent, qasmet post fuq il-mezzi soċjali sabiex tappella lil dawk kollha ħbieb tagħha fuq Facebook biex jieħdu l-opportunità u jiċċekkjaw lilhom infushom għall-kanċer tas-sider.
Nicole taqsam stampa fejn turi li mara minn kull tmienja u raġel minn kull 833 ikun f’riskju li jispiċċa jiġġieled dan il-kanċer. Huwa importanti li wieħed jiċċekkja ruħu. Nicole tagħmel dan l-appell mill-qalb wara li kienet tilfet lill-għażiża nanna tagħha.
“Illum huwa l-bidu ta’ Pink October. Biex insellem il-memorja tan-nanna tiegħi, in-nanna Lina ħloqt din it-tabella biex inxerred aktar għarfien dwar il-kanċer tas-sider u li mhux biss in-nisa jista’ jkollhom kanċer tas-sider. Nagħti parir lill-ħbieb tiegħi kollha ta’ facebook biex imorru jittestjaw. Nimmissjak nanna. Tir fil-għoli.”
Messaġġ mill-qalb u tajjeb li esperjenzi personali nużawhom sabiex inwasslu messaġġ forsi nsalvaw aktar ħajjiet.
Facebook / Nicole Hammett