“Nagħtik Kuraġġ Jekk M’Għandek Lil Ħadd U Tħossok Tant Waħdek… Qiegħed L-Isptar… Għadu Kif Mietlek Xi Ħadd Għażiż” – Maria La Barokka Muscat

Maria La Barokka Muscat

Il-preżentatriċi Maria La Barokka Muscat ma tkunx ta’ appoġġ u kuraġġ waqt ix-xogħol tagħha, iżda fil-ħajja ta’ kuljum. Fl-iktar mumenti meta jkun hemm bżonn, taraha xxerred kliem ta’ tama u ta’ mħabba fuq il-midja soċjali.

Din id-darba fl-okkażjoni ta’ lejlet il-Milied, fejn kitbet messaġġ mill-qalb għal kull min għandu xi ġlieda f’ħajtu.

“Dan il-post se nużah biex nagħtik kuraġġ jekk m’għandek lil ħadd u tħossok tant waħdek… għadek ma tafx kemm hawn min hu bħalek. Għalik li qiegħed l-isptar u ma tafx meta se toħroġ. Għalik li għadu kif mietlek xi ħadd għażiż jew kellek relazzjoni u spiċċat; jew għaddej minn sfidi ta’ vjolenza domestika u tħossok imkisser jew imkissra.”

Issemmi wkoll lit-tfal, fi żmien l-innoċenza tagħhom, diġà qed jifhmu x’inhuma nkwiet jew tbatija. Maria tindirizzahom u tikteb li qed titlob għalihom u taħseb fihom. Tinkludi anke persuni li forsi għaddejjin minn sfidi ta’ saħħa mentali.

Tagħlaq il-post b’appell sabiħ immens. “Ejjew nagħmlu telefonata lil xi ħadd li tafu li mhux għaddej minn żmien tajjeb, u hekk ikun Milied fejn għamilt id-differenza. Is-sliem.”







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI