Ilbieraħ, il-kelb ta’ Joseph ta’ Kapitlu 13 għalaq sentejn. Hu qasam żewġ ritratt mill-isbaħ tat-trasformazzjoni li għamel il-kelb f’sentejn, fejn minn ġeru żgħir sar kelb ftit imdaqqas mhux ħażin. Joseph lil Ruby għaddielu messaġġ fejn qallu li jaħfirlu li jisraqlu l-kalzetti! Naħseb kull min qatt kellu xi kelb, jaf kemm iħobbu jilagħbu mal-kalzetti u saħansitra jmorru jaħbuhom ukoll.
Fil-messaġġ tiegħu flimkien maż-żewġ ritratti ħelwin li xeħet ma’ Ruby, Joseph jagħmel il-hastag #adoptdontshop. Messaġġ qawwi biex wieħed jadotta l-klieb u l-qtates u mhux imur jixtrihom. L-annimali ħa joffrulek imħabba tal-ġenn u ċertament li ħa jimlew il-familja u jżommulek kumpanija mill-aqwa.
Facebook / Joseph Kapitlu