“Naħseb Li Qabel Nibdew Inweħħlu L-Multi Jridu Jsiru Xi Tip Ta’ Barriers” – Angie Laus Dwar Il-Miżura Tal-Gruppi. Taqbel?

Ftit tal-ħin ilu għadha kif tħabbret miżura ġdida: “Gruppi ta’ aktar minn 6 persuni huma projbiti inklużi fi kjus u fuq bus stops, sakemm ma tinżamx id-distanza soċjali ta’ żewġ metri bejniethom.” Dwar dan, il-preżentatriċi Angie Laus kellha xi tgħid.

Fuq il-midja soċjali, Angie kitbet: “Hawn xi ħadd jista’ jispjegali kif se jsir social distancing u fi gruppi ta’ sitta waqt li tkun fuq l-istage għal tal-linja u meta tiġi tal-linja please?!”





“Għax normalment fi stage ikun hemm ħafna nies u kif tiġi tal-linja jekk ma taqbadx u tipprova titla’ tibqa’ l-art… anke jekk tkun l-ewwel waħda li tkun fuq l-istage. Naħseb li qabel ma nibdew inweħħlu l-multi hemm irid isir xi tip ta’ barriers biex jinħoloq queue,” tenniet hi.

Int taqbel ma’ dak li qed tgħid Angie jew għandek xi fehema oħra? Iktbilna fil-kummenti.

Times of Malta



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI