“Nappellaw Lill-Awtoritajiet Maltin U Anke Taljani Sabiex Isiru L-Interventi Meħtieġa Biex Jiġu Evitati Konsegwenzi Negattivi Ambjentali” – It-Temp Madwarna

Ilkoll smajna kif aktar kmieni dan ix-xahar, it-tanker Russu, Arctic Metagaz, ġarrab ħsarat kbar wara splużjonijiet li seħħew fuqu. Dan it-tanker kien qed iġorr gass likwidu bejn Malta u l-Libja f’ibħra territorjali Maltin. Il-paġna It-Temp Madwarna tkellmet dwar dan b’appell lill-awtoritajiet qabel isiru xi ħsarat ambjentali.

“Wara diversi jiem ta’ riħ jonfoħ mil-Lvant u x-Xlokk, dan it-tanker li llum huwa abbandunat u mingħajr kmand, mexa mal-kurrenti u għadda qrib ħafna fin-Nofsinhar tal-ibħra territorjali Maltin u bħalissa jinsab madwar 30km lejn il-Lvant tal-gżira Taljana ta’ Linosa u madwar 100km jew 50 mil Nawtiku biss lejn il-Punent tal-gżejjer Maltin,” huma qalu.

“Peress li fis-sigħat li ġejjin il-kundizzjonijiet marittimi mistennija li jeħżienu minħabba l-maltemp imbassar, nappellaw lill-awtoritajiet Maltin u anke Taljani sabiex isiru l-interventi meħtieġa sabiex jiġu evitati konsegwenzi negattivi ambjentali.”







Ritratti:

Facebook / It-Temp Madwarna

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI