Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħha, Lorinda Mamo toffri perspettiva ġdida dwar ir-ritratti li naraw fuq il-midja soċjali. Hi ppubblikat diversi ritratti li ttieħdu fi ġranet differenti f’Jannar u kitbet dwar l-ironija li hi u s-segwaċi tagħha jaraw affarijiet differenti.
Hi spjegat li meta nħarsu lejn dawn ir-ritratti, aħna naraw mara li taf x’inhi tagħmel, mumenti ħelwin, ħwejjeġ differenti… iżda hi tara ġranet iebsin u mumenti fejn kellha tagħmel iżjed sforz.
Spjegat, “Naraw ħafna ritratti ħelwin imma x’qed jiġri fil-verita`? Dejjem ikun hemm ħafna iktar affarijiet li qed jiġru, ġifieri tiġġudikawx daqshekk malajr. Kulħadd miexi fit-triq tiegħu u qiegħed fuq vjaġġ li intom ma tafux bih. Kif kien il-Jannar veru tagħkom, minn wara r-ritratti?“
Facebook / Lorinda Mamo