Natalia Galea Inkurunata Miss Grand Malta 2026 U Se Tirrappreżenta Lil Malta Fl-Indja

Natalia Galea, ta’ 27 sena, ġiet uffiċjalment inkurunata Miss Grand Malta 2026, u se tkun hi li tirrappreżenta lil pajjiżna fuq livell internazzjonali fil-kompetizzjoni prestiġjuża Miss Grand International.

Natalia, li taħdem bħala avukata, hija magħrufa għall-enerġija u d-dedikazzjoni tagħha mhux biss fil-karriera professjonali tagħha, iżda wkoll fil-passjonijiet personali tagħha. Hija għandha mħabba kbira għall-ivvjaġġar, l-avventura u t-tisjir, attivitajiet li jkomplu juru l-personalità dinamika tagħha.

Barra minn hekk, Natalia hija impenjata ħafna fil-qasam filantropiku. Hija tagħti importanza partikolari lill-appoġġ u l-promozzjoni tad-drittijiet tat-tfal b’diżabilità, kawża li tinsab qrib qalbha u li hija tippromwovi b’determinazzjoni.

Din mhix l-ewwel darba li Natalia se tkun qed tirrappreżenta lil Malta barra minn xtutna. Fil-fatt, hija diġà ħadet sehem f’kompetizzjonijiet internazzjonali tliet darbiet, esperjenza li żgur se tkun ta’ vantaġġ għaliha fil-kompetizzjoni li jmiss.

Issa, Natalia qed tħares ‘il quddiem biex terġa’ ttella’ l-bandiera Maltija fuq il-palk internazzjonali hekk kif se tipparteċipa fil-Miss Grand International, li se ssir fl-Indja f’Ottubru li ġej.

Il-kompetizzjoni Miss Grand Malta qed issir taħt id-direzzjoni ta’ Jeff Francalanza, li għal darb’oħra qed imexxi dan l-avveniment importanti li jagħti opportunità lil talenti lokali biex jispikkaw fuq livell globali.







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI