Dalgħodu l-preżentatur lokali Emanuel Cuschieri ħabbar fuq il-midja soċjali li sfortunatament bħalissa qed jiġi rikoverat l-isptar.
Fost dawk li awgurawlu fejqan bikri kien hemm l-Aġent President Maltija Helena Dalli li żvelat ukoll li, b’xorti tajba, il-preżentatur Malti “qed jirkupra tajjeb”.
Fil-mesaġġ li kitbet fuq il-midja soċjali, l-Aġent President iddeskriviet lil Emanuel bħala bniedem “ġust u ġeneruż”. Faħħret id-dedikazzjoni li dejjem wera matul ħajtu sabiex jgħin lil dawk ta’ madwaru mingħajr ma qatt stenna xejn lura.
Nawgurawlu fejqan ta’ malajr!
Facebook / Emanuel Cuschieri