L-attur lokali Daniel Borg Carbott kellu messaġġ speċjali x’jikteb illum hekk kif qed jiċċelebra għeluq sninu ħabib tiegħu, li wkoll huwa magħruf fix-xena televiżiva. Il-messaġġ huwa ddedikat għall-attur lokali Frederick Camilleri.
“Nawguralek minn qalbi ħabib f’għeluq sninek. Grazzi tal-ħbiberija u nixtieqlek saħħa u paċi,” jikteb Daniel. Lil Frederick rajnieh f’diversi produzzjonijiet lokali fosthom L-Avukat Gawdenz Bilocca u kellu f’idejh il-kitba tat-tieni staġun tas-sensiela Vittmi.
Awguri mill-qalb Frederick!
Facebook/ Vittmi