Nawguraw Lil Claudio Tonna – Il-Kantant U Attur Lokali Għalaq Sninu Fi Tmiem Il-Ġimgħa Li Għadda

Claudio Tonna

Illum qed jiċċelebra għeluq sninu l-kantant u attur miż-Żurrieq, Claudio Tonna. Apparti l-mużika, għandu wkoll il-passjoni lejn il-muturi.

Claudio huwa persuna b’karattru tal-ġenn. Kulħadd l-istess kelma, dwar kemm hu dħuli u malajr tagħmel ħabib miegħu meta tiltaqa’ miegħu.

Persuna mimli b’talenti sbieħ li l-Maltin u l-Għawdxin tant jammirawh għalih. Bħala attur niftakruh fost l-oħrajn jieħu sehem f’produzzjonijiet bħal L-Ispettur Lowel u One Star Hotel.

F’dan il-jum speċjali, aħna minn Gwida.mt nawgurawlek l-isbaħ xewqat! Nixtiqulek ħafna affarijiet sbieħ dejjem!







Ritratti:

Facebook/ Claudio Tonna

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI