Nawguraw Lill-Attur Lokali Antoine Micallef – Magħruf Għall-Karattru Ta’ Paul F’Undercover Fost L-Oħrajn

Antoine Micallef

L-attur Malti Antoine Micallef huwa magħruf għat-talent u l-versatilità tiegħu fix-xena teatrali u televiżiva lokali.

Matul il-karriera tiegħu, rajnieh f’diversi produzzjonijiet li wrew il-ħila tiegħu li jidħol f’karattri differenti b’mod naturali u konvinċenti.

Bla dubju jibqa’ magħruf ħafna għall-karattru ta’ Paul fis-sensiliet ta’ Undercover. Paul, sieħeb Becky, li solvew bosta każijiet diffiċli flimkien. Antoine ħa sehem bil-karattru ta’ Paul fl-erba’ sensiliet ta’ Undercover.



Antoine ħa sehem fis-sensiela Il-Klinika li xxandret xi snin ilu, u kien parti mill-produzzjoni Imħabba?, li waslet fi tmiemha din il-ġimgħa.



Awguri mill-qalb Antoine! Nixtiqulek ħafna affarijiet sbieħ illum u dejjem!



Ritratti:

Facebook/ Antoine Micallef

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI