“Nawguraw Mill-Qalb Lill-Eks Surmast Tal-Għaqda Tagħna, Il-Kap. Carmelo Mangion” – Banda Żejtun Għaqda Katarina

Il-paġna uffiċjali tal-Banda Żejtun Għaqda Katarina ppubblikat messaġġ fejn awgurat mill-qalb lill-eks Surmast ta’ din l-istess għaqda, li għadu kif inħatar Surmast Direttur tas-Soċjeta` Filarmonika ta’ Santa Venera.

B’ton sinċier huma kitbulu, “Nawguraw mill-qalb lill-eks Surmast tal-Għaqda tagħna, il-Kap. Carmelo Mangion, hekk kif inħatar Surmast Direttur tas-Soċjeta` Filarmonika Santa Venera V.M. wara sentejn ta’ ħidma bħala Ass. Surmast. Awguri f’din il-kariga, nixtiqulek kull ġid għall-ġejjieni!”

Dan il-messaġġ irċieva diversi kummenti t’awgurju mingħand persuni li japprezzaw il-ħidma tiegħu u jagħrfu t-talent tiegħu.

Aħna mit-tim ta’ Gwida.mt nifirħulu u nawgurawlu f’dan il-kapitlu ġdid.

Ritratti:

Facebook / Banda Żejtun Għaqda Santa Katarina V.M. AD 1933

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI