Ilbieraħ, is-Sindku tan-Naxxar, Christopher Deguara, iċċelebra għeluq sninu, bosta persuni użaw l-okkażjoni biex iwasslulu l-awguri tagħhom. Fost dawn kien hemm il-paġna tal-Kunsill Lokali tan-Naxxar, li qasam messaġġ speċjali fuq il-midja soċjali biex jawguralu f'din il-ġurnata.
"Jalla din il-ġurnata speċjali ġġiblek il-ferħ, is-saħħa u ħin biex tgawdi l-kumpanija tal-familja u l-ħbieb. Nawgurawlek kull suċċess fis-sena li ġejja, kemm fil-ħajja personali kif ukoll fis-servizz kontinwu tiegħek lejn il-lokalità tagħna," kiteb il-Kunsill.
Il-messaġġ intemm billi l-Kunsill awguralu sena oħra mimlija suċċess u rringrazzjah għall-impenn kontinwu tiegħu lejn il-komunità tan-Naxxar. Minn Gwida.mt ningħaqdu wkoll f'dawn l-awguri u nawguraw lis-Sindku Christopher Deguara sena mimlija saħħa, kuntentizza u ġid.
Facebook / Christopher Deguara