Il-preżentatur popolari fuq Vibe FM Nate Darmanin għadu kif ħabbar li ttestja negattiv għall-Coronavirus. Il-weekend li għadda, it-trio Nate, Frank u Valentina Rossi kienu preżenti għall-party fir-Radisson hotel ta’ San Ġiljan.
Wara li rriżulta li kien hemm persuna bil-Coronavirus fil-folla ta’ dan l-avveniment, kulħadd kellu jiġi ttestjat. “Negattiv. Grazzi tal-messaġġi kollha ta’ konċern,” kiteb Nate fuq il-midja soċjali.
Valentina Rossi u l-għarus tagħha Carlo Gerada wkoll ittestjaw negattiv.
Facebook/Nate Darmanin