"Neil Beda Jgħum Minn Sqallija Għal Malta" – Wave Of Change

L-iskop wara Wave of Change huwa li tqajjem kuxjenza u teduka lin-nies, speċjalment lit-tfal, dwar il-problema tat-tniġġis tal-plastik tal-baħar. Neil Agius jemmen li dawn l-isfidi estremi għandhom jgħinu biex jinħoloq moviment saħansitra aħjar u biex tinbena kuxjenza biżżejjed biex tħeġġeġ liż-żgħażagħ ikunu l-bidla u jieħdu azzjoni.





Bidliet żgħar jistgħu jagħmlu differenza enormi u b’hekk dalgħodu Neil beda l-għawma tiegħu. Fuq il-paġna ta’ Wave of Change kitbu, “Ilkoll niftakru din il-ġurnata storika meta l-eroj tagħna Neil beda jgħum minn Sqallija għal Malta għall-ħabta tal-5.15 ta’ filgħodu.”



Fuq il-mezzi onlajn wieħed jista’ jsegwi fejn wasal Neil f’din l-isfida. Aħna nawgurawlu kull suċċess u ninsabu fiduċjużi li ħa jtemm din l-għawma b’suċċess.

Facebook / Wave of Change

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI