Il-preżentatriċi Maria La Barokka għamlet appell kommoventi fuq il-mezzi soċjali sabiex jiġi megħjun il-ġuvni Neil Demarco.
Minkejja li jlaqlaq, La Barokka tistqarr li Neil huwa “ġuvni intelliġenti u bil-għaqal” u għalhekk huwa għandu jingħata l-istess opportunitajiet bħal kulħadd.
“Huwa student u qiegħed ifittex apprentistat ta’ sentejn ma’ kumpanija tal-marketing,” tispjega l-preżentatriċi fejn appellat lil kull min huwa f’pożizzjoni li jgħin, sabiex jagħmel dan.
“M’għandux ma jingħatax iċ-ċans għax ilaqlaq,” tisħaq Maria li ssemmi li Neil għandu jingħata l-għajnuna mhux b’karità iżda għaliex għandu d-dritt li jkollu l-istess ċans bħal ħaddieħor.
Prosit, Maria!
Ritratti: Facebook / Maria La Barokka Muscat