Fuq il-paġna lokali ‘Aġġornament tat-Temp’, il-persuna wara din il-paġna llum tħasseb dwar il-bidla fil-klima li qed nesperjenzaw, speċjalment għaliex il-Grigalati huma differenti mis-soltu.
Hu beda billi spjega, “Fejn hu l-Grigal din is-sena?”
Żied iħabbar, “Nhar it-Tlieta 17 ta’ Marzu mistenni riħ qawwi mill-Grigal forza 8, pero m’għandhom xejn x’jaqsmu mal-Grigalati li mdorrija nesperjenzaw ta’ kull sena kważi dejjem.”
Dan il-messaġġ irċieva bosta kummenti mingħand persuni lokali jirringrazzjaw lill-paġna tal-aġġornament filwaqt li jsaqsu għal iżjed informazzjoni. Jidher li nhar it-Tlieta se tkun ġurnata oħra kiesħa minħabba r-riħ qawwi mistenni, u għalhekk nappellaw biex kulħadd jieħu l-prekawzjonijiet kollha meħtieġa.
Facebook / Aġġornament tat-temp