“Nibagħtulu L-Imħabba U L-Appoġġ Kollu Tagħna Għal Fejqan Sħiħ U Malajr” – One Aim Carnival Company Lil Daniel Li Weġġa’ F’Tas-Sliema

One Aim Carnival Company fuq il-mezzi soċjali tagħhom jawguraw fejqan ta’ malajr lil Daniel, iż-żagħżugħ ta’ 25 sena li spiċċa fil-periklu tal-mewt wara li ntlaqat minn pipe tal-konkos f’Tas-Sliema.

Huma jiktbu, “F’isem kulħadd f’One Aim Carnival Company, aħna profondament imnikkta meta smajna dwar il-ġrieħi serji li ġarrab ħuna u l-kollega tagħna waqt ix-xogħol. Ħsibijietna u t-talb tagħna huma miegħu f’dan il-mument diffiċli.”

Huma jżidu, “Qegħdin nibagħtulu l-imħabba u l-appoġġ kollha tagħna għal fejqan sħiħ u malajr. Lis-sieħeb tagħna ngħidulu kun af li m’intix waħdek – kulħadd qiegħed miegħek, jagħtik is-saħħa u l-kuraġġ.”

Ma’ dan iżidu, “Ejjew ningħaqdu bħala l-familja One Aim biex inżommuh qrib f’qalbna. Nawgurawlu saħħa, fejqan u faraġ fil-ġranet li ġejjin.” Huma jtemmu, “Inħobbuk Daniel. Żomm sod!”





Facebook / Daniel Borg



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI