Bħalissa Malta tinsab fil-luttu wara li lbieraħ Nicole Bezzina, tfajla ta’ 19-il sena, tilfet ħajjitha b’kawża tal-kanċer. Ħafna kitbu fuq il-midja soċjali biex jagħtu ġieħ u jsellmu lit-tfajla.
Il-partner ta’ missier Gabriel Vella, li kienet tista’ tgħid it-tieni omm tat-tifel Għawdxi ta’ 13-il sena li ħalliena ħmistax ilu b’kawża tal-kanċer, ukoll ħasset it-telfa ta’ Nicole: “Qisni qed noħlom… Konna flimkien Londra u flimkien ma’ Gabriel tagħna. Taru ’l fuq ħdejn il-Mulej. Nicole hemm Gabriel jistenniek qalbi. Sellili ħafna għalih u kompli ħu ħsieb lill-familja tant għażiża tiegħek.”
Kliem li jqabbdek il-bard…