Ftit sigħat ilu l-atleta u attivist lokali Fabio Spiteri ngħata Ġieħ ir-Repubblika għall-ħidma tiegħu matul is-snin b’risq l-annimali abbandunati.
B’kitba fuq il-midja soċjali Fabio stqarr li se jiddedika dan l-unur b’risq il-memorja tal-ġenituri tiegħu li sfortunatament it-tnejn tilfu l-ġlieda tagħhom kontra l-kanċer.
Hu sostna li kienet proprju l-mewta ta’ ommu u missieru li lura fis-snin ispiratu sabiex isir atleta u bl-isfidi tal-isports jiġbor il-flus b’risq l-annimali abbandunati.
“Fl-aħħar messaġġ tiegħi nixtieq nappella lil kulħadd sabiex jieħu ħsieb ta’ saħħtu u jiftakar li għandna biss ħajja waħda… importanti dejjem li matulha ngħinu fejn nistgħu lix-xelters tal-annimali,” temm isostni Fabio.
Prosit, Fabio!
Facebook / Fabio Spiteri