Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħhom, Archdiocese of Malta qasmu mas-segwaċi tagħhom kitba fil-Bidu tar-Rndan Imqaddes fejn tkellmu dwar parir li tajjeb wieħed jagħti widen għalih.
Huma qalu, “Fil-bidu tar-Randan Imqaddes, nieħdu l-parir tal-Arċisqof Charles Scicluna u nitnaddfu minn dak kollu li hu tossiku fil-ħajja tagħna, fil-qalb u fir-ruħ. F’quddiesa fil-Knisja tal-Kapuċċini fil-Furjana, hu spjega wkoll li għalkemm hu tajjeb li nagħmlu karità u ngħinu lill-proxxmu, irridu niftakru wkoll fil-persuni li huma l-iktar qrib tagħna: “X’jiswa li tagħti l-eluf iżda tgħix b’rabja ma’ dawk li jgħixu miegħek?”
Naqblu perfettament ma’ dan il-parir.