Il-membru parlamentari Romilda Zarb kitbet dwar kemm hi grata għall-fatt li tħossha b’saħħitha. Spjegat kemm is-saħħa hi verament rigal li xi kultant nieħu għall-għarrieda mingħajr ma vera napprezzawh.
Romilda kitbet, “Illum, f’dan il-jum tas-Sibt, nieqaf ftit nirrifletti fuq kemm hu importanti li nkunu b’saħħitna. Is-saħħa hi rigal li spiss nieħdu for granted, imma fil-verità m’hemm xejn aktar prezzjuż minnha. Meta nkunu b’saħħitna, nistgħu ngawdu lil xulxin, kemm fil-mumenti żgħar u fil-ħajja nnifisha. Ħu ħsieb lilek innifsek u lil ta’ madwarek.”
Kemm hu sabiħ li xi kultant nieqfu ftit u napprezzaw dak kollu li għandna. Tassew għandna għalxiex inkunu grati meta nqumu f’saħħitna għal ġurnata oħra.
Facebook / Romilda Zarb